Posterous theme by Cory Watilo

Filed under: BSOD

L-iskrijn blu tal-mewt

Kulħadd joħlom bi żwieġ ħieni mingħajr problemi. Fil-biċċa l-kbira taż-żwiġijiet, jew b'xorti jew b'għaqal, isseħħ l-għaqda dejjiema. Iżda lil hinn mid-dinja tal-ħolm, hemm żwiġijiet li ma rnexxewx u li ġabu miżerja fuq il-koppji li għexuhom. Ħares madwarek. Taf għal min qed ngħid.

Minn mindu qlibt għall-Mac ma rajtx aktar minn dawn l-iskrijns blu: il–famużi blue screens of death. Iżda żgur li kull min juża l-kompjuters esperjezahom xi darba jew oħra u daq il-frustrazzjoni tax-xogħol u ħin mitluf. Hija konsolazzjoni fjakka li tagħfas reset u ssib li tlift kollox. Iżda kemm ikun agħar kieku ma tistax terġa' tibda mill-ġdid?

0divorce_bsod